Go to content

Voting in Australia | Votazzjoni fl-Awstralja

On this page

Min għandu jivvota fl-elezzjonijiet Awstraljani?

Int meħtieġ/a li tniżżel ismek fuq il-lista tal-votanti u tivvota fl-Awstralja jekk:

  • tkun sirt ċittadin/a Awstraljan/a

  • għandek 16-il sena jew aktar (imma ma tistax tivvota sakemm ikollok 18-il sena)

  • tkun ilek toqgħod fl-indirizz kurrenti tiegħek għal tal-anqas xahar.

Meta tniżżel ismek fuq il-lista tal-votanti jkun ifisser li inti qiegħed/qiegħda fuq il-lista biex tivvota fl-elezzjonijiet kollha: nazzjonali, statali u tal-gvern lokali.

Kif nirreġistra biex nivvota?

Tista’ tirreġistra biex tivvota fuq il-websajt tal-Australian Electoral Commission f’ aec.gov.au/enrol. Tista’ timla wkoll formula fuq il-karta. Il-formula hija bl-Ingliż. Jista’ jkollok bżonn għajnuna biex timliha jekk ikollok diffikultajiet bl-Ingliż.

Ikollok bżonn dawn id-dettalji meta timla l-formula:

  • id-dettalji taċ-ċittadinanza Awstraljana

  • prova tal-identità tiegħek billi tipprovdi liċenzja tal-karozza, passaport jew xi ħadd fuq ir-reġistru elettorali li jikkonferma l-identità tiegħek.

Imposta l-formula mimlija lura lill-uffiċċju tal-Australian Electoral Commission:

Australian Electoral Commission
Reply Paid 9867
Sydney NSW 2001

Mhix meħtieġa bolla.

Jekk qatt ma nkun irreġistrajt biex nivvota qabel, insib ruħi fl-inkwiet jekk nirreġistra issa?

Le, ma tidħol fl-ebda nkwiet. Jekk tirreġistra issa, ma tkunx immultat/a.

Kif naġġorna d-dettalji tiegħi fuq ir-reġistru elettorali?

Għandek bżonn li żżomm ismek u l-indirizz tiegħek aġġornati, inkella tista’ tfalli li tivvota f’elezzjoni u tkun immultat/a talli ma vvutajtx. Tista’ tiċċekkja r-reġistrazzjoni tiegħek u taġġorna d-dettalji tiegħek online f’aec.gov.au/enrol

Irreġistra għas-servizz li jfakkrek fl-elezzjoni

Tkun immultat/a jekk tkun imniżżel/imniżżla fuq ir-reġistru elettorali u ma tivvotax f’elezzjoni. Jekk tkun trid li jibagħtulek email jew SMS biex ifakkruk meta jkun hemm elezzjoni tal-gvern statali jew lokali, tista’ tirreġistra għas-servizz ta’ email jew SMS li jfakkrek b’xejn f’ elections.nsw.gov.au/remindme